Riħ Isfel (is-silta)
Toni Sant jaqra silta mill-ktieb Riħ Isfel, għall-bejgħ mill-ħwienet kollha tal-kotba
Jekk ma tistax tiftaħ il-YouTube kklikkja hawn biex tniżżel l-mp3.
Għal nhar il-Ġimgħa.
| |||||
Toni Sant jaqra silta mill-ktieb Riħ Isfel, għall-bejgħ mill-ħwienet kollha tal-kotba
Jekk ma tistax tiftaħ il-YouTube kklikkja hawn biex tniżżel l-mp3.
Għal nhar il-Ġimgħa.
Tiskanta kif kultant, bla ħsieb, tgħaqqad bosta trufijiet ta' storja li ma tkunx qed tfittex.
Rose hi t-tfajla li hemm ħdejn Joe fuq is-seat ta' quddiem. Illejla Joe u Rose ċċelebraw il-35 anniversarju tat-tieġ tagħhom.

(Ħajr mill-qalb lil Toni Camilleri mill-Fontana li għaddieli r-ritratt tal-Gemini 5, lil Carmel Agius mix-Xagħra ta' l-għajnuna kollha tiegħu, lil Joe Zammit u lil Karmenu Portelli tat-tagħrif)
Ħadtha drawwa li meta mmur house party għand xi ħadd li jkolli ftit tal-kunfidenza miegħu - nieħu Xemx - wieħed mill-ftit CDs ta' gruppi Maltin li tellajt miegħi sen'ilu. U malli jkun kważi wasal il-ħin li missieri, f'Għawdex, joħroġ il-klieb qabel imur għax-xogħol u x'ħin fil-party min kellu f'moħħu li jgħabbi jkun għabba u l-oħrajn marru band'oħra, indaħħal is-CD u ndoqq Xemx. U tidħol ħelu ħelu - qisu xejn - anke jekk tinfilsaha bejn xi tnejn bħal Wonderful Tonight u I'd Love You to Want Me. U issa l-klikka bħal donnha dratha u tkun tistenniha. U anke x-xufftejn ta' min Malta bilkemm jaf fejn hi arahom jiċċaqilqu bil-lajma kollha mat-tielet jew ir-raba' darba li Dumink jgħidilhom Iva lilek irrid...
L-aħħar li daqqejniha kien f'nofs Lulju - l-aħħar house party qabel il-vaganzi - f'appartament sbejjaħ f'Chaussee de Louvain, żewġ passi 'l isfel mill-Mirano, it-teatru mibdul f'diskoteka. Kont naf li Dumink ma tantx kien tajjeb u bħal xtaqt li seta' jittawwal minn x'imkien, imqar għal nitfa, biex jara dik il-ġgajta żgħażagħ minn kull naħa ta' l-Ewropa jiżfnu ma' leħnu fil-qalba ta' Brussell.
The Tramps bdew idoqqu fis-sittinijiet wara li sfaxxaw il-Gemini 5. Kien hemm Dumink, il-moħħ wara l-grupp, Joe Cassar, li wara kellu jagħmel karriera jdoqq id-diski antiki fuq il-Calypso u kull ftit ħin jistaqsi tiftakarha din, inti?!, wieħed kitarrista Ingliż jismu Chris, li miet żgħir, u d-drummer Mario Ruggier, magħruf bħala Rugger. Imbagħad kien hemm ħafna ċaqliq. L-Ingliż telaq lura lejn pajjiżu u floku daħal Lino Vella (ta' Musa); dan ta' l-aħħar telaq lejn il-Kanada ftit wara u ħadlu postu Spiru Sillato; u Mario Ruggier emigra fl-1974 u floku daħal Karmenu Portelli. U b'dan il-line-up il-ġdid it-Tramps irrekordjaw Xemx, ftit ġimgħat qabel bdew l-ewwel tour tagħhom fil-Kanada. Hawn ħadu u taw pjaċir u sentejn wara reġgħu għamluha. Imbagħad waqfu New York u fl-1981 niżlu l-Awstralja.
The Tramps dehru l-aħħar idoqqu flimkien f'Diċembru li għadda meta, bħal m'għamlu għal iżjed minn għoxrin sena, daqqew fuq trakk fit-toroq tar-Rabat... idoqqu u jiġbru l-flus għall-karità.
X'imkien rajt ritratt tat-Tramps idoqqu fuq il-plattina tal-Funtana tat-Tritoni f'dik il-lejla meta tfakkar il-ħames anniversarju ta' Malta Repubblika... lejla li t-tritoni ma jinsewha qatt!
Dumink ħalliena ftit tal-ħin ilu u miegħu tintemm l-istorja tal-grupp Għawdxi The Tramps... għax kif qalli d-drummer Karmenu - no Dominic no Tramps.
Kondoljanzi lill-familja ta' Dumink, lil sieħbi Richard u taptipa fuq spallet dak li fadal mit-Tramps.

(Dumink, Joe Zammit u ħu Dumink, Alfred Grech, ikantaw fl-Oratorju Don Bosco f'nofs is-snin sittin, waqt waħda mill-iljieli Serata Sabato Sera. Il-grupp kien jismu The Rosebells u kien jinkludi wkoll lil Joe Bezzina li f'dan ir-ritratt ma jidhirx).