MaltaMedia Click Here!
Pierre J. Mejlak's Blog
  A Bilingual MaltaMedia Online Network Blog  | LATEST BLOG | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT PIERRE

Sunday, October 23, 2005

Bajd tal-majasawri

Il-Gybexi għandu l-boċċi qishom bajd tal-majasawri. Kbar. Tqal. U żgur jieħu ħsiebhom (jew teħodlu ħsiebhom Anita) għax ileqqu wisq. Malli dħalt fl-appartament tiegħu u rahomli - rajt fihom ir-rifless ta' wiċċi.

Għand il-Gybexi kien hemm ukoll David, li f'għajnejh ma stajtx ma ninnotax kilba kbira biex jilgħab ftit bil-boċċi ta' Gybexi. Imma fl-appartament ta' Gybexi ma stajniex nilagħbu kif ġieb u laħaq. Għax ma tistax tilgħab bil-boċċi ta' Gybexi bla ma tiskomoda lill-ġirien u tifqa' l-parquet. U allura morna taħt is-siġar fil-Park Josaphat.

Billi kienet nieżla x-xita, il-park kien vojt u l-ħamrija kienet imxarba u stajna nċafalsu b'ċertu gost. Is-siġar kienu mimlija għasafar iħarsu lejna. U meta raw lil Gybexi joħroġ il-boċċi bdew iroddu s-slaleb. L-għasafar nisa ħmaru u l-irġiel ordnaw liż-żgħar biex jidħlu fis fil-bejta u jorqdu jew almenu jgħattu għajnejhom. L-għasafar fuq is-siġar tal-lemin ma felħux aktar u xenglu tnejn rashom u taru 'l bogħod, 'il bogħod.

Ħadd ma kien familjari mal-boċċi ta' Gybexi daqs Gybexi nnifsu. Mgħarraq l'hu - jaf kif għandu jaqbadhom u jaf kif għandu jwaddabhom. U beda jirbaħ waħda għal waħda. David ma ħeliex wisq ħin biex iffamiljarizza ruħu mal-boċċi ta' Gybexi.

David e Gybexi

U meta David rebaħ l-ewwel rebħa u ġera ġirja taħt is-siġar tipo dan - werwer kemm għasafar kien hemm - li ma damux ma xerrdu l-aħbar mal-parks kollha ta' Brussell li fil-Park Josaphat, dak il-ħin, kien hemm l-imġienen.

Montella


U meta rajthom jirbħu u jifirħu, bdejt inħoss ftit tad-diqa. Ridt nirbaħ. Imqar darba. Imma donnu l-pala t'idi l-leminija ma' kenitx qed iddur sew mal-boċċi ta' Gybexi.

Io

U fl-aħħar ħareġ raġġ xemx u ndunajt li this is it. U rbaħt! U xtaqt kieku nieqfu hemm għax (bħal AS) nemmen li sabiħ tirtira rebbieħ. Imma l-oħrajn riedu jkomplu. U komplew jirbħu. U fl-aħħar qtajtha: "Ara, ejja nagħmlu l-aħħar logħba. Min jirbaħ din - ikun iċ-champion taċ-champions." U qablu.

U balleċċ - ħareġ raġġ xemx ieħor li waqa' ħelu ħelu fuq il-boċċa li kelli f'idi u rbaħt. U kif!

I mean... meravilja


U kien hemm min ried jiżra' d-dubji.

X'taghmel? Tiehu pacenzja bil-Gybexi.


U bħal dejjem, meta tirbaħ rebħa konvinċenti jkun hemm min jinħaraq u jinfexx fil-misħuta vjolenza.

Zejtun 2005

20 Comments:

Blogger nigredo said...

din il-bloggata donnha:

NUOVO FOTOROMANZO!!!
LU PALLE DU` GIBEKSI`!!! 

Sunday, October 23, 2005 9:23:00 AM
Blogger gybexi said...

ghandi l-bocci ghajjiena dalghodu. jekk tridu tixtru set jien min hawn xtrajthom - www.wibra.be (Pierin - billi toqghod hdejja - qieghed fi Pl. Dailly/Av. Chazal il-hanut ta' Schaerbeek)

sportiv Pierin imma - ma ddejaqx izomm il-bocci sal-park u lura biex jiffamiljarizza ruhu maghhom... in-nies! iz-zobb, in-nies! 

Sunday, October 23, 2005 10:08:00 AM
Blogger pamela said...

Assumo che sei stato tu il vincitore. Complimenti ;) 

Sunday, October 23, 2005 12:20:00 PM
Blogger Kenneth said...

This post has been removed by a blog administrator. 

Sunday, October 23, 2005 2:22:00 PM
Blogger Kenneth said...

Erba' ritratti sbieh B&W, prosit :)

Ħu ħsieb il-boċċi, gybex. 

Sunday, October 23, 2005 2:22:00 PM
Blogger Jacques René Zammit said...

u kemm qed nghir li tliftha din il-loghba... issa nara inhajjarx xi tnejn minn hawn...

darb'ohra nipprepetendi ukoll fotoromanz fuq il-Mammarji ta' Lanzarote ukoll.

dejjem taghkom
j 

Sunday, October 23, 2005 2:23:00 PM
Blogger Pierre J. Mejlak said...

Jacques - skond l-ahhar taghrif li ghandna hawn - jidher li J'Accuse se jibda jigi kkwotat fil-borza tal-Lussemburgu. Tikkonferma?! 

Sunday, October 23, 2005 6:11:00 PM
Blogger Jacques René Zammit said...

il-bord tad-diretturi qed jikkonsidra f'lliema borza jintefa'. Qieghdin bejn il-borza ta' lissemburgu, in-NASDAQ jew inkella il-borza tat-Twistess. Inzommukom infurmati u navzawkhom ma' l-ewwel Public Offer li jkollna.

Ma' J'Accuse jaqbillek! 

Sunday, October 23, 2005 6:56:00 PM
Anonymous J&B said...

Tal-genn Pierre. Qed ittini gost bil-blog tieghek dan l-ahhar (i.e. izjed mis-soltu) 

Sunday, October 23, 2005 8:18:00 PM
Anonymous JJP Zammit said...

Hadt pjacir naqra l-blog tieghek u jekk tkompli hekk nkun nista niftah il-gimgha tieghi bi hsieb pozittiv. Sammartni wahda sew. 

Sunday, October 23, 2005 10:40:00 PM
Blogger Guze' Stagno said...

someone must have got the horn seeing gybexi's balls - spot the nipple in one of the pics... 

Sunday, October 23, 2005 10:50:00 PM
Blogger Pierre J. Mejlak said...

Stanjo - behave jew barra!
:) 

Sunday, October 23, 2005 10:52:00 PM
Anonymous Wayne Flask said...

Affaxxinanti kif il-loghob bil-bocci huwa popolari kullimkien, mill-Afrika t'isfel ghal Belgju kulhadd xorta. The bigger the merrier. Xi hadd minnkom juza xi handcream minhabba l-bocci? 

Monday, October 24, 2005 10:28:00 AM
Blogger david said...

Kemm waqajna baxx dan l-ahhar nies. Il-bocci konsiderevoli tal-gybxi, il-meloni ippuntati ta' David 'Montella' Friggieri u l-pene kemmxejn 'on the small side' ta' Rene Zammit (care of Matthew Vella).

In-nies! Iz-zobb, in-nies! 

Monday, October 24, 2005 10:31:00 AM
Blogger Pierre J. Mejlak said...

grazzi tal-kummenti - ix-xahar id-diehel se naghmlu boccata ohra. min jixtieq jigi minn malta - jista' jnizzel ismu fl-ufficcju tal-MIC (il-belt).

david u gybexi: in-nies... 

Monday, October 24, 2005 11:08:00 PM
Blogger Maria said...

Pierre...nispera li tinsab tajjeb u li kollox sew!!

Niltaqghu fil weekend,

Maria 

Tuesday, October 25, 2005 9:54:00 PM
Blogger gybexi said...

hehe. qieghed sew bl-afro jien fl-ewwel ritratt.

sewwa ghedt jien l-ahhar darba li qed tithawwad hawn fuq Pierre... il-blogg tieghek invazat prostituzzjoni, xjaten, vandalismu, issa referenzi sottili daqs qrun ta' rinoceront f'sorm dak li jkun ([c] Black Adder) ghall-omosesswalita metallika...

tmur imkien ma' dan l-imhawwad maria - lanqas ghal kafé. anzi, salvati fin che sei in tempo! 

Wednesday, October 26, 2005 2:23:00 PM
Blogger Pierre J. Mejlak said...

gybex: qed taghtini wisq mill-aghar dan l-ahhar! :)

maria: il-gimgha filghaxija jidher li se jerga' jkollna l'imbarazzo della scelta... issa nitkellmu bil-kwiet. 

Wednesday, October 26, 2005 2:45:00 PM
Blogger Maria said...

U le miskin, Pierre mill-ahjar!!

Pierre jekk filkas ghidli meta niltaqgu. Kristina, il habiba tieghi ha terga tigi il Hadd filghaxija! 

Wednesday, October 26, 2005 2:49:00 PM
Anonymous Wayne Flask said...

... "Le Caldi Notti di Pierre Mejlak". 18+ now available on DVD. Anke l-Monti ghandhom... 

Wednesday, October 26, 2005 4:40:00 PM

Post a Comment

<< Home