Inti Djamant
Ħadtha drawwa li meta mmur house party għand xi ħadd li jkolli ftit tal-kunfidenza miegħu - nieħu Xemx - wieħed mill-ftit CDs ta' gruppi Maltin li tellajt miegħi sen'ilu. U malli jkun kważi wasal il-ħin li missieri, f'Għawdex, joħroġ il-klieb qabel imur għax-xogħol u x'ħin fil-party min kellu f'moħħu li jgħabbi jkun għabba u l-oħrajn marru band'oħra, indaħħal is-CD u ndoqq Xemx. U tidħol ħelu ħelu - qisu xejn - anke jekk tinfilsaha bejn xi tnejn bħal Wonderful Tonight u I'd Love You to Want Me. U issa l-klikka bħal donnha dratha u tkun tistenniha. U anke x-xufftejn ta' min Malta bilkemm jaf fejn hi arahom jiċċaqilqu bil-lajma kollha mat-tielet jew ir-raba' darba li Dumink jgħidilhom Iva lilek irrid...
L-aħħar li daqqejniha kien f'nofs Lulju - l-aħħar house party qabel il-vaganzi - f'appartament sbejjaħ f'Chaussee de Louvain, żewġ passi 'l isfel mill-Mirano, it-teatru mibdul f'diskoteka. Kont naf li Dumink ma tantx kien tajjeb u bħal xtaqt li seta' jittawwal minn x'imkien, imqar għal nitfa, biex jara dik il-ġgajta żgħażagħ minn kull naħa ta' l-Ewropa jiżfnu ma' leħnu fil-qalba ta' Brussell.
The Tramps bdew idoqqu fis-sittinijiet wara li sfaxxaw il-Gemini 5. Kien hemm Dumink, il-moħħ wara l-grupp, Joe Cassar, li wara kellu jagħmel karriera jdoqq id-diski antiki fuq il-Calypso u kull ftit ħin jistaqsi tiftakarha din, inti?!, wieħed kitarrista Ingliż jismu Chris, li miet żgħir, u d-drummer Mario Ruggier, magħruf bħala Rugger. Imbagħad kien hemm ħafna ċaqliq. L-Ingliż telaq lura lejn pajjiżu u floku daħal Lino Vella (ta' Musa); dan ta' l-aħħar telaq lejn il-Kanada ftit wara u ħadlu postu Spiru Sillato; u Mario Ruggier emigra fl-1974 u floku daħal Karmenu Portelli. U b'dan il-line-up il-ġdid it-Tramps irrekordjaw Xemx, ftit ġimgħat qabel bdew l-ewwel tour tagħhom fil-Kanada. Hawn ħadu u taw pjaċir u sentejn wara reġgħu għamluha. Imbagħad waqfu New York u fl-1981 niżlu l-Awstralja.
The Tramps dehru l-aħħar idoqqu flimkien f'Diċembru li għadda meta, bħal m'għamlu għal iżjed minn għoxrin sena, daqqew fuq trakk fit-toroq tar-Rabat... idoqqu u jiġbru l-flus għall-karità.
X'imkien rajt ritratt tat-Tramps idoqqu fuq il-plattina tal-Funtana tat-Tritoni f'dik il-lejla meta tfakkar il-ħames anniversarju ta' Malta Repubblika... lejla li t-tritoni ma jinsewha qatt!
Dumink ħalliena ftit tal-ħin ilu u miegħu tintemm l-istorja tal-grupp Għawdxi The Tramps... għax kif qalli d-drummer Karmenu - no Dominic no Tramps.
Kondoljanzi lill-familja ta' Dumink, lil sieħbi Richard u taptipa fuq spallet dak li fadal mit-Tramps.

(Dumink, Joe Zammit u ħu Dumink, Alfred Grech, ikantaw fl-Oratorju Don Bosco f'nofs is-snin sittin, waqt waħda mill-iljieli Serata Sabato Sera. Il-grupp kien jismu The Rosebells u kien jinkludi wkoll lil Joe Bezzina li f'dan ir-ritratt ma jidhirx).






20 Comments:
ehh.. dik id-diska ndoqqa ghall-barranin li jkolli ftit tal-kunfidenza maghhom jien ukoll...
xaeeeemx, waesq saabeha...
gozo 1 - malta 0 sieheb! :)
He will be missed.
Bloggata mill-isbaħ! B'tifkira, il-podcast bi prova llum iddedikata lil Dominic. Bix-xieraq naħseb.
L-RSS feed tal-podcasts bi prova għadu hawn għalissa.
Ser nimmissjawh lil Dumink tat-Tramps.
Barra li kont niltaqa' mieghu kull filghodu r-Rabat, lil Dumink kont ilni nafu minn zmien tfulietna. Kien dejjem jhewden biex jghaqqad grupp. Konna fl-ghaqda Zghazagh Haddiema Nsara u minn hemm huwa ghaqqad grupp vokali bl-isem The Rosebells. Kantajna l-ewwel darba fit-Teatru Aurora (il-qadim) fis-sena 1966. Wara transforma ruhu fi grupp strumentali GEMINI 5 u iktar tard THE TRAMPS. Kelli l-unur inkun wiehed minn dawk li hdimt, ovvjament, biex naraw l-ewwel grupp Popolari Ghawdxi gewwa l-Kanada, meta fil-MALTESE PROGRAMME FAN CLUB TA' TORONTO konna tellajna lil The Tramps hemmhekk ghal shows lill-emigranti.
Huma kienu wkoll ghamlu diska 45 u kienu wkoll telghu Detroit.
Il-memorji huma hafna... L-emigranti jilqghuhom b'hafna entuzjazmu... Dumink u shabu jdoqqu bit-tower amplifier MARSHALL. Damdim li ghadu jidwu f'mohhi sal-gurnata tal-lum.
Dumink tat-Tramps kien pedina importanti ghall-muzika popolari li harget minn Ghawdex.
Qed nieħu pjaċir ħafna li fl-aħħar il-fellus li kellek f'rasek donnu ħareġ u bdejt tibbloggja b'ilsienek, li tant taf tħaddem tajjeb.
Ħabibek,
M.M.
Hija verament hasra li ftit li xejn issib taghrif dwar gruppi bhat-Tramps. Forsi xi hadd xi darba jithajjar jikteb ktieb bl-istorja tal-muzika rock f'Malta (eh, Ton?)
Gozo lost a great musician, and a great guy. I can never forget when the Rosebells made their debut. Domnic, his brother Fred, my cousin Joe Bezzina and my good friend Joe Zammit.
Mississauga. Ont.
The news comes as a shock for all of us who loved Dominic and The Tramps. May he rest in peace.
Nixtieq nibda biex ghidlek grazzi minn qalbi tal-Blogg fuq Domnic u t-Tramps.Nixtieq ukoll nghidlek li Dumik hadem hafna ghat Tramps biex ghamel isem lil Ghawdex. Ghad irridu nisimghaw aktar fuqu.Zgur li ismu jibqa jissemma tul iz-zmien.Minn hawn nixtieq nghidlu grazzi w insellimlu ta l'opportunita li taghni.Grazzi siehbi Dumik.
Karmenu d-drummer.
Dominic had a wonderful funeral this afternoon. The rest of The Tramps carried the coffin during the corteo. Fr Jimmy made a wonderful sermon, citing some of Domnic's songs. It was a very moving moment when they played Sinjur Gib il-Paci.
Sahha Dumink!
Hey Pierre. I don't know whether you remember me. We were at uni together during your first and my second year. It seems it was such a long time ago!! I didn't know you left Malta. Why are all the good guys leaving? ;) I'm in Dublin (work and study). Drop me a note on cherisegalea@yahoo.co.uk.
LILL KARMENU tat-TRAMPS
Nkun hafna grad jekk nakwista xi ritratt jew tnejn min ghandek tal Mawra taghkom gewwa Toronto li fijha kont involut mhux ftit,u li r-ritratti taghhom gew ikkonfiskati mil auturi stess. Qed nikteb rapport dwar il Mikbki Domnik fil quorterly Maltese Candadian association news letter u niextieq naqwista xi ritratti meta konntu Toronto.Naf li il ftit li kien fadalli ghadejthom lill Producers ta programm televisiv LOKALI u ma regghux lura
Iva Joe jien ghandi xi rittratti ta dak inhar. Nghaddihomlok bil-pjacir kollu. Inficcek jien. Iva Int hdimt hafna biex tarana hemm. Ta dan nirringrazzjak.Dak kien fil-1974-1975
Just to tell j&b that it was Fr Eddie Zammit and not Fr Jimmy that did the sermon. However, as he said, it was just wonderful.
yes he was a very good singer and i wish he will never be forget!
i would like 2 thank u all for respecting my father,and for appreceating his music,and may we carry on with his legacy,i would also like to take the opportunity to thank winter moods for playing my father's song in their sets,in the name of my band sunstroke,we promise u that we will keep playing his songs.10x a lot to everyone i appericaite a lot
hawn xi hadd ghandu din id diska pls?
min ghandu pls jamilni add fuq msn:
sandrov@maltanet.net
would be really appreciated
Just this morning I met Toni Gauci, one of the members of the beat group Gemini 5, at It-Tokk and he told me that I was mentioned on a website in relation with the beat group, but did not know which site. Through Google I found the site and was impressed with the contents about Gozitan beat groups, PROSIT!
eIt is true that I was their manager for five years. Those were great times of the sixties and all that was new. In fact we stablished the Gemini 5 in 1966 and in 1970 the name was changed to The Tramps. George Said took over the management because I went to work in Malta. The group was so named because of the USA space ship launched the previous year in August 1965. The old photo in the article with the old car was shot by myself with others which we did for publicity. I still have a nice collection of photos of the Gemini 5 which I shot myself at that time. Once again Prosit.
Min hu interresat jien ghandi filmat ta meta it Tramps marru il Kanada. Il papa tieghi ghamel habta parti mit Trampa.[Lino vella ta musa}Nixtieq niringrazzja lil Pierre. info vdj@maltanet.net grazzi
The untimely death of Dominic came as a complete shock to me and his loss will be forever etched into my memory... I have had the pleasure of being the drummer in "The Tramps" for several years and have fond memories of gigs we had throughout the Maltese islands. As a rock band, under Dominic's direction we had a hard hitting "sound" that was distinct and unique. The saturday night dances, full to capacity at the new "Aurora" on race course St were to say the least, incredible. The sets Dominic plotted for those dances got everyone dancing and immersed into a night of fun and sound! We had the pleasure of backing Maggie Bell's astounding and powerful singing at a few gigs Dominic/Maggie organized.. at the time she was at the height of her career and was voted "Britain's Top Female Singer" in Melody maker. Dominic had a gentle caring side that showed his kind capacity for the less fortunate; Xmas time he would organize entertainment gigs at the mental hospital for the patients,making sure they were treated to music & fun during the festive season! He may now be gone, but he will never be forgotten, rest in piece my dear friend. Fond memories Rugger Mario Ruggier PS I would appreciate it if somebody would send me one of Dominic's passing away cards that are usually handed out by family... my email address is: mruggier@rogers.com
Post a Comment
<< Home